8 xhur wara li l-Qorti qalet li l-kuntrati ta’ Steward u Vitals kienu frawdalenti, il-Gvern ta’ Robert Abela għadu ma għamel xejn biex l-400 miljun ewro li nsterqu jinatgħu lura lil poplu Malti u Għawdxi.
Mhux talli hekk, talli fid-dawl tas-sentenza li inatgħat mill-Qorti tal-Appell, il-Gvern ta’ Robert Abela se jibqa’ ma jagħmel xejn; għax skont Clyde Caruana qed jistenew is-sentenza tal-arbitraġġ internazzjonali.
Din it-tweġiba ta’ Clyde Caruana tikkonferma li mill-ġdid il-Gvern ta’ Robert Abela qed jieħu l-attitudni ta’ xejn mhu xejn – u ħadd ma jrid iġorr responsabbilta’ għal dan il-frodi.
Aktar minn hekk, meta mistoqsi jekk hu bħala ministru li hu responsabbli mill-finanzi tal-poplu Malti u Għawdxi jħossx li il-kollużjoni bejn il-Gvern u Vitals kinitx tal-mistħija hu żamm silenzju assolut. Tant li ma riedx jikkummenta aktar.
U minkejja li dan l-istazzjon fl-aħħar sigħat xandar filmati xokkanti għall-aħħar tal-istat li bħalissa jinsab fih l-Isptar San Luqa … il-Ministru Caruana qalilna li tkun xi ħaġa qarieqa jekk ngħidu li ma sar xejn.
//= $special ?>