Lokali Parlament

L-ebda investiment fis-saħħa ma jiġġustifika l-frodi ta’ Vitals u Steward

Ritratt: Martin Agius


Stephen Spiteri, PN


L-ebda investiment fis-saħħa ma jiġġustifika l-frodi ta’ Vitals u Steward.

Dan sostnih id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri meta kien qed jitkellem fil-parlament fis-seduta dwar is-sentenza tal-Qorti tal-Appell dwar l-isptarijiet.


Stephen Spiteri qal li l-PN mill-ewwel oppona l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet lil Vitals u kompla li wara tmien snin, il-parlament għadu qed jiddiskuti dan il-kuntratt. Mhux għax dawn il-kuntratti rranġaw l-isptarijiet iżda għax seħħ falliment tal-kuntratti fejn il-Qorti tal-Appell waqqgħet l-appell tal-kumpanija Steward.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-poplu qed jagħti raġun lill-PN għax kien fit-triq it-tajba. Hu kompla li l-investimetn fis-saħħa ma jiġġiustifikax il-kuntratti frawdlenti li l-gvern Laburista għamel ma Vitals/Steward. Illum l-Emerġenza f’Mater Dei qed tiffaċċja problemi kbar, l-istess bħall-appuntamti fl-Out Patients, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li s-saħħa ma tinxtarax bil-flus għax il-poplu kollu għandu dritt għaliha.


Stephen Spiteri qal li l-verità rebħet iżda l-poplu tilef għaliex tilef l-infrastruttura adegwata fis-settur tas-saħħa fejn illum hwn spratijiet neċessarji fejn jingħata servizz ta’ kwalità. Fl-ortopedija hemm 7,000 lista ta’ stennija; Mater Dei illum m’għadux biżżejjed għall-popolazzjoni Maltija, sostna Stephe Spiteri, li kompla li l-paramediċi ma jistgħux ilaħħqu mad-domanda li dejjem tiżdied.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li Vitals ħarbu u ħadd ma jaf fejn marru. Hu semma’ lil Għawdex u qal li hemm bżonn ta’ sptar ġdida f’Għawdex.


Stephen Spiteri sostna li fis-settur tas-saħħa mentali hemm problemi kbar kemm fl-infrastruttura kif ukoll fis-servizzi mogħtija. Hu qal li l-poplu qed morru jmur fil-privat biex jinqeda. B’dawn l-€400 miljun, il-poplu l-gvern seta’ xtara mediċini ta’ kwalità.