Suċċess u rebħ tal-midalja tad-deheb għal Caylee Attard, fl-All Squat fil-European Sub Junior and Junior Classic Powerlifting Championships li saru f’Budapest, l-Ungerija.
Caylee Attard, li għandha 15-il sena b’body weight ta’ 86.84 kilo ħadet sehem fil-kategorija 84 kilo.
Fil-finali tal-kategorija kkwalifikaw seba’ finalisti. Fit-taqsima Squat, Attard refgħet serje ta’ 145 kilo u 152.5 kilo biex temmet fl-ewwel post u rebħ tal-midalja tad-deheb.
Warajha temmew Noemi Musci tal-Ungerija b’147.5 kilo u Kiara Kullamaa tal-Estonja b’145 kilo. Attard kisbet ukoll ir-raba’ post fil-bench press b’refgħat ta’ 62.5 kilo u 65 kilo filwaqt li fl-All Deatlift refgħet serje ta’ 135 kilo, 145 kilo u 152.5 kilo sabiex fil-klassifika ġenerali temmet fir-raba’ post b’total komplessiv ta’ 370 kilo.
//= $special ?>