Ftit tal-minuti ilu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar illi nhar il-Ħadd li ġej se ssir protesta nazzjonali quddiem Kastilja fil-Belt Valletta fl-4pm. Dan b’rabta mad-deċizjoni ta’ dalgħodu mogħtija mill-Qorti tal-appell, hekk kif ikkonfermat is-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale, fejn fl-24 ta’ Frar li għadda kien kkundanna l-kuntratt li sar bejn il-Gvern Laburista u il-kumpanija Vitals u ddikjarah bħala frawdolenti.
Fuq post fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech insista li wara li l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jġib t-3 sptarijiet lura, bi Gvern f’kolluzzjoni bi frodi, “issa jmiss li nġibu lura l-€400 miljun li l-Gvern ta lil dawk li m’għamlu xejn fl-isptarijiet tagħna.”
Bernard Grech sostna li għandna nkomplu nimxu din il-mixja flimkien għall-poplu kollu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>