Lokali

Raġel ta’ 54 sena fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 54 sena weġġa’ serjament wara li kien involut f’ħabta bejn karozza u readymix.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 15:15 fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza misjuqa mill-vittma u readymix tal-għamla MAN misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħad-Dingli.

Fil-post ġew msejħa Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku tal-ambulanzi li assistew fil-post. Ftit tal-ħin wara ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Kevan Azzopardi ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għadejjin.