Propju ftit siegħat wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell fil-każ tal-isptarijiet fejn instabet kollużjoni bejn il-gvern, Vitals u Steward kontra l-interessi nazzjonali, il-Prim Ministru Robert Abela reġa’ iddefenda lill-kumpanija Steward u attakka lill-qrati.
F’diskors fis-seduta parlamentari li ddiskutiet din is-sentenza, il-Prim Ministru qal li hu jitkellem b’serenità u sostna li l-Qorti tal-Appell li mhux minnu għamel il-kamra tal-banju biss iżda qalet li Steward għamlu xogħol b’serjetà. Hu ċaħad li kien qed jiddefendi lil Steward u sostna li mhux minnu li Steward m’għamlu xejn.
Il-Prim Ministru semma’ Barts u staqsa min kien bena Barts f’Għawdex. Robert Abela sostna li l-Awditur Ġenerali qatt ma semma’ €400 miljun li trid tkun irkuprata lura. Hu kompla li l-gvern diġà qed ifittex lil Steward numru ta’ xhur ilu.
Il-Prim Ministru kompla li l-Oppożizzjoni għandha tappoġġja lill-gvern quddiem l-Arbitraġġ Internazzjonali skont il-provi li se jressaq il-gvern. Hu sostna li l-obbligi kuntrattwali riedu jkunu onorati minn Vitals u Steward u qal li Steward għamlu biss biċċa minn dak li kellhom jagħmlu. Hu sostna li l-akbar nuqqas hu fl-investiment infrastrutturali minn Steward.
Robert Abela qal li l-gvern qed iħaddem is-servizz bl-inqas spiża possibbli li kienet titħallas lil Steward. Hu qal li għall-2024 l-gvern se jħallas €75 miljun għat-tmexxija tal-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-Prim Ministru kompla li l-PN jilgħab ‘home’ meta jmur il-qorti bil-Kap tal-Oppożizzjoni jintervjeni u jsostni li l-Prim Ministru qed jattakka lill-Qorti tal-Appell meta jgħid dan id-diskors.
//= $special ?>