It-Tlieta filgħodu il-kumpanija Net Media organizzat attività li matulha ingabru donazzjonijiet illi se jmorru għall-organizzazjoni Europa Donna – li toffri diversi servizzi ma’ għarfien u prevenzjoni dwar il-kanċer tas-sider.
Preżenti għal din l-attività socjali kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li tkellem mal-ħaddiema preżenti – fejn spikka wkoll il-lewn roża, sinonimu ma’ dan ix-xahar. Preżenti, fost l-oħrajn, kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u d-diriġenti tal-kumpanija.
Bernard Grech stqarr li huwa ġest sabiħ li fix-xahar iddedikat għall-kanċer tas-sider jinġabru l-flus sabiex isiru aktar kampanji edukattivi.
L-organizzazzjoni ‘Europa Donna’ toffri diversi servizzi lil dawk li jkollhom kanċer fis-sider, filwaqt li tinvesti fondi sabiex issir aktar riċerka dwar dan it-tip ta’ kanċer.
//= $special ?>