Lokali

FL-AĦĦAR ĦIN: Gafà jitfaċċa fid-Depot

Il-Kummissarju tal-Pulizija jinsab taħt pressjoni wara li fis-sigħat illi għaddew, il-Kap tal-PN Bernard Grech stqarr illi Angelo Gafà se jinżamm responsabbli “għan-nuqqas ta’ azzjoni” b’rabta mal-iskandlu tal-isptarijiet li sewa lil pajjiżna miljuni ta’ ewro.

Kien għal ħabta ta’ nofsinhar meta Gafà deher dieħel fid-Depot tal-Pulizija wara li l-ġurnalisti kienu ilhom kważi sagħtejn jistennewh. Jidher li xi ħadd minn ġewwa d-Depot infurmah li hemm il-Kap tal-PN qed jitlob laqgħa urġenti miegħu – u Gafà ma kellux triq oħra ħlief li jidħol malajr l-uffiċċju.

Ritratt: Matthew Tabone