Darren Carabott, PN
Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott appella fil-parlament biex jitneħħew l-anomaliji legali għal persuni ta’ 16-il u 17-il sena li jkunu eletti sindki.
Darren Carabott qal li l-PN kien għadda numru ta’ proposti lill-gvern dwar il-kunsilli lokali iżda hemm kwistjonijiet ta’ ideoloġija dwar id-diċentralizzazzjoni li fil-fatt wettaq il-PN.
Hu qal li f’dokument f’Diċembru 2022 mill-PN kien irriafferma l-pożizzjoni li ma la darba persuna jista’ jikkontesta fl-età ta’ 16-il sena, allrua dan jistgħu jservu bħala sindki tal-lokalitajiet. Il-PN kien ippropona wkoll biex ikun ikun żguat li ma jkunx hemm anomaliji legali li jistgħu jxekklu persuna ta’ 16-il sena milli tiffunzjona bħala sindku.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ diversi anomaliji u qal li sindki ta’ 16-il sena jistgħu jixtru propjetà f’isem il-kunsill lokali iżda l-istess persuna ma jistax jixtri propjetà għalih personali. Din hi anomalija, sostna Darren Carabott, li kompla li anomalija oħra hi li r-rappreżentanza ġuridika u legali hi tas-sindku u tas-segretarju eżekuttiv iżda jekk is-sindku jkun qed ikun imfittex legament ikun hemm problema għaliex is-sindku jkun għadu minuri.
Darren Carabott kompla li dawn huma inkonsistenzi u vojt fil-liġi u qal li mad-drittijiet tal-persuni li jsiru sindki hemm ukoll ir-responsbbiltajiet.
Hu semma’ lil Abraham Aquilina mill-Għargħur u Carlos Zarb minn San Pawl il-Baħar li ġabu l-ikbar ammont ta’ voti fil-lokalitajiet tagħhom iżda ma setgħux isiru sindki u qal li l-gvern għandu jindirizza din il-problema f’din il-liġi biex ikun hemm konsistenza.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-kunsilli lokali għadhom rilevanti u appella biex il-kunsilli lokali u l-gvernijiet lokali ma jkollhomx iktar tnaqqis tar-responsabbiltajiet u l-poteri. Hu qal li llum is-sindki u l-kunsilliera ma jistgħux jgħinu lir-residenti f’diversi setturi fosthom fit-toroq, it-traffiku, l-infurzar tant li l-kunsilli lokali spiċċaw jibgħatu l-ilmenti lill-awtoritajiet rispettivi.
Darren Carabott kompla li problemi oħra fil-ġbir tal-iskart fejn is-sistema marret lura għax ma kinitx introdotta sistema skont il-lokalitajiet. Fil-prinċipju l-PN ma qabilx mas-sistema tar-reġjuni għaliex hemm diżastru f’numru ta’ lokalitajiet fil-ġbir tal-iskart iżda se jibqa’ jikkollabora biex is-sistema taħdem.
Dwar il-knis, Darren CArabott qal li l-gvern ħa din ir-responsabbiltà lil seba’ kunsilli lokali u għaddiet lid-Dipartiment tat-Tindif fil-Ministeru tat-Turiżmu. Hu semma’ l-bozoz fit-toroq fejn il-kunsilli lokali spiċċaw customer care flok ikunu huma li jieħdu d-deċiżjonijiet.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jkun hemm attiviżmu ikbar miż-żgħażagħ u sostna li hu ta’ dispjaċir li qed titnaqqar il-goveranza fil-pajjiż kif sar fil-każ tal-isptarijiet. Hu qal li dan qed inaqqas l-interess tan-nies u taż-żgħażagħ fil-pajjiż fejn anki l-Prim Ministru spiċċa jattakka lill-qorti wara s-sentenza.
Jeħtieġ li jsiru wkoll abbozz biex jassiguraw li persuni li jikkontestaw ikunu verament element ta’ bidla għat-tajjeb fil-pajjiż, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>