Fi Spanja rebħa mertitata ta’ 2-1 għal Arsenal fuq Sevilla. Arsenal bdew il-partita b’ritmu mgħaġġel iżda naqqsu milli jiftħu l-iskor b’ċansijiet ta’ Martinelli u Jesus fl-ewwel minuti tal-partita. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima Arsenal imorru fil-vantaġġ meta minn pass preċiż ta’ Gabriel Jesus kien Gabriel Martinelli li dar tajjeb mal-goalkeeper u f’lasta vojta xeħet fix-xibka għal 1-0. Fit-tieni taqsima Arsenal irduppjaw meta din id-darba kien Gabriel Jesus li għadda tajjeb mal-linja xellugija u b’konklużjoni mill-isbaħ xeħet fir-rokna tax-xibka għal 2-0. Minkejja l-kontroll ta’ Arsenal Sevilla daħlu fil-partita fit-58 minuta meta minn corner ta’ Ivan Rakitic kien Nemanja Gudelj li bir-ras għeleb lil Raya għal 2-1.
Fit-Turkija rebħa komda ta’ 3-1 għal Bayern Munich barra minn darhom għand Galatasaray. Il-Ġermaniżi fetħu l-iskor mat-8 minuta meta kien Kinslet Coman li għadda lejn Leroy Sane, li xeħet fix-xibka għal 1-0. Galatasaray kisbu l-gowl tad-draw man-nofs siegħa logħob permezz ta’ penalty mogħti u skorjat minn Mauro Icardi. Bayern Munich reġgħu ħadu l-vantaġġ fit-73 minuta b’gowl tal-captain Ingliż Harry Kane, qaebl Jamal Musiala issiġilla r-rebħa bit-tielet gowl għal skor finali ta’ 3-1.
F’San Siro rebħa missielta għal Inter fuq Salzburg meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. Alexis Sanchez poġġa’ lil Inter fil-vantaġġ fid-19-il minuta, b’Oscar Gloukh jikseb id-draw fis-57 minuta. Il-gowl deċiżiv wasal fl-64 minuta meta kien Hakan Calhanoglu li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 2-1.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum
Grupp A Galatasaray v B.Munich 1-3, Man Utd v Copenhagen 1-0
Grupp B Lens v PSV 1-1 Sevilla v Arsenal 1-2
Grupp Ċ Braga v R.Madrid 1-2, U.Berlin v Napoli 0-1
Grupp D Inter v Salzburg 2-1, Benfica v R.Sociedad 0-1
Għada
Grupp E Feyenoord v Lazio 6.45pm, Celtic v A.Madrid 9.00pm
Grupp F Newcastle v B.Dortmund 9.00pm, PSG v Milan 9.00pm
Grupp G Leipzig v C.Zvezda 9.00pm, Y.Boys v Man City 9.00pm
Grupp H Barelona v S.Donetsk 6.45pmm, R.Antwerp v Porto 9.00pm