INTERVISTI
‘Ma’ konniex is-solitu tim’
- Dunstan Vella, Floriana FC
‘Kienet logħba differenti mill-oħrajn li kellna s’issa minkejja li kontra forsi l-anqas tim ikkwotat s’issa’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-midfielder ta’ Floriana Dunstan Vella wara li t-tim tiegħu ġie miżmum fi draw minn Naxxar Lions. Vella kompla hekk. ‘Naxxar riedu xi ħaġa minn din il-logħba konxji mill-posizzjoni tagħhom fil-klassifika. Fil-fatt ippanikjajna xi ftit fejn ma’ konniex is-soltu tim minkejja li ħloqna diversi ċansijiet ta’ skor. Konna sfortunati li hekk kif ftaħna l-iskor mill-ewwel sofrejna gowl u hemm tlifna r-ritmu. Fit-tieni taqsima ippruvajna imma f’xi mumenti bdejna wkoll nissugraw li nitilfu l-partita.’
‘Riżultat ta’ draw kien wieħed ġust’
- Luciano Zauri, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Huwa impossibbli li nirbħu l-partiti kollha minkejja li hekk ipprovajna nagħmlu kontra Sliema Wanderers.’ Kliem il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Luciano Zauri wara d-draw kontra l-Blues. Huwa kompla hekk. ‘Nemmen li l-avversarji tagħna huwa tim validu ħafna fejn meta tqis kollox ir-riżultat ta’ draw huwa wieħed ġust. Għandhom kowċ bravu ħafna iżda rridu nifhmu li kull logħba hija diffiċli. Bdejna b’erba’ rebħiet imma jasal il-mument meta ser issib il-kompitu aktar diffiċli. Issa rridu nħarsu ’l quddiem lejn il-logħba li jmissna nhar is-Sibt li ġej kontra Valletta, tim ieħor preparat u diffiċli.’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Ħamrun Spartans | 5 | 13 |
Floriana | 5 | 13 |
Marsaxlokk | 5 | 10 |
Balzan | 5 | 9 |
Valletta | 5 | 8 |
Sliema Wanderers | 5 | 7 |
Gżira United | 5 | 7 |
Birkirkara | 5 | 7 |
Hibernians | 5 | 6 |
Mosta | 5 | 6 |
Naxxar Lions | 5 | 5 |
Gudja United | 5 | 3 |
Sirens | 5 | 1 |
Santa Lucia | 5 | 1 |
L-AQWA SKORERS | GLS |
L. Montebello (Ħamrun Spartans) | 6 |
K. Reid (Floriana) | 5 |
Y. Messias (Marsaxlokk) | 4 |
U. Arias (Floriana) | 3 |
V. Plut (Sliema Wanderers) | 3 |
P. Servo de Carvalho (Naxxar Lions) | 3 |
J. Degabriele (Hibernians) | 3 |
U. Djuranovic (Ħamrun Spartans) | 3 |
G. Bastianos (Hibernians) | 3 |

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 28 ta’ Ottubru, 2023
Centenary Stadium
5:30pm Naxxar L. – Hibernians
Tony Bezzina Stadium
3pm Valletta – Ħamrun S.
5pm Mosta – Marsaxlokk
Il-Ħadd 29 t’Ottubru, 2023
Centenary Stadium
11am Sirens – Sta Lucia
3pm Gudja Utd. – Floriana
Tony Bezzina Stadium
3pm Balzan – Birkirkara
5pm Sliema W. – Gżira Utd.
//= $special ?>