Lokali Parlament

Il-gvern qed jaqta’ qalb iż-żgħażagħ fil-politika bil-korruzzjoni


Bernice Bonello, PN


Id-deputat Nazzjonalista Berice Bonello qalet fil-parlament li Il-gvern qed jaqta’ qalb iż-żgħażagħ fil-politika bil-korruzzjoni.


Bernice Bonello qalet li l-PN jaqbel mal-emenda dwar żgħażagħ ta’ 16-il li jsiru sindki iżda din kienet proposta mill-PN fl-2022. Hi sostniet li ż-żgħażagħ kapaċi jwettqu fil-kunsilli lokali u kompliet li dawn għandom ikunu inkoraġġiti jipparteċipw fil-politika; il-politika għandha bżonn liż-żgħażagħ.


Id-deputat Nazzjonalista sostniet li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw fiduċja u kompliet li l-gvern ma jistax ikun ipokrità meta jpoġġi l-politika f’dawl ikrah wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell dwar l-isptarijiet. Iż-żgħażagħ m’humiex kuntenti bil-mod kif il-politika inbniet tat il-gvern Laburista fl-aħħar 10 snin.


Bernice Bonello qalet li ż-żgħażagħ iridu pajjiż nadif u li jtiehom futur fejn il-korruzzjoni ma tkunx l-ordni tal-ġurnata iżda jkun is-sewwa li jirrenja. Il-ġustizzja għandha ssir ma’ kulħadd, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li ż-żgħażagħ iridu postijiet tax-xogħol siguri.


Id-deputat Nazzjonalista semmiet l-wiegħdi tal-PL u qalet li mill-gvern, il-PL ma żammx kelmtu mal-poplu Malti. Jeħtieġ li terġa’ titkabbar klima politika tajba biex iż-żgħażagħ iknu attirati lejn il-politika. Il-PN hu l-uniku alternattiva biex il-pajjiż ibiddel ir-rotta, sosniet Bernice Bonello.