Budget 2024 Ekonomija Lokali

Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun inqas minn €13 fil-ġimgħa

Ħafna ħaddiema diġa’ kienu qed jgħidu li ż-żieda tal-Budget ma kinitx se tkun biżejjed għall-isplużjoni fil-prezzijiet. U issa, il-Gvern ħabbar li l-COLA imħabbra fil-Budget se tkun anqas minn €13 fil-ġimgħa kif ħafna kienu qed jaħsbu.

Fil-fatt, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li l-kumpens għall-għoli tal-ħajja se jkun ta’ €12.81 fil-ġimgħa għall-ħaddiema u l-pensjonanti. Għalkemm il-Ministru baqa’ ma qalx jekk din iż-żieda hix se tiġi intaxxata jew le.

Waqt Business Breakfast organizzat dalgħodu, Caruana għamilha ċara li kwalunke sussidju tal-Gvern ma jistax ikun għal dejjem. Dan filwaqt li ma preżenta ebda pjan dwar kif se jkun qed ibiddel id-direzzjoni ekonomika li qbadna fl-aħħar snin u li wasslet għal splużjoni fil-popolazzjoni u pressjoni enormi fuq l-infrastruttura.