Jirritornaw minn Munich it-tim nazzjonali Malti tal-Kickboxing, Muay Thai, u K1 li matul il-ġimgħa li għaddiet pparteċipaw fil-Kampjonat Dinji 2023 ISKA (International Sports Kickboxing and Karate Association).
Il-kampjonati ġew fi tmiemhom bit-tim nazzjonali Malti tal-Kickboxing, Muay Thai, u l-K1 kiseb riżultati mill-aqwa b’rebħ ta’ diversi midalji li wassalt li t-tim Malti sabiex jikseb il-15-il post minn 37 pajjiż. Dan l-avveniment spettakolari offra varjeta ta’ livell għoli minn atleti li pparteċipaw minn madwar id-dinja kollha inklużi ġellieda Maltin.
It-tim Malti, iffurmat minn 32 ġellied b’etajiet u kategoriji ta’ piż differenti taħt it-tmexxija u kowċis tal-MKBA flimkien ma’ Gladiators Promotions kellu prestazzjoni brillanti billi rebaħ diversi midalji fosthom 3 midalji tad-Deheb, 4 tal-Fidda, u 9 tal-Bronż. Xi ġellieda rnexxielhom jirbħu wkoll b’ TKO’s impressjonanti.
Ir-rebbieħa tal-midalji kienu dawn:
Deheb: Celeste Galea, Leanne Magro, Aleksandar Miljkovic
Fidda: Leanne Magro, Faris Lukovic X 2, Jesred Piscopo
Bronż: Diane Xerri, Celeste Galea, Naomi Camilleri, Jennifer Nwankwo, Aiden Catania Borg, Brent Spiteri, Robert Reilly, Aleksandar Miljkovic.
Filwaqt li Malta kienet l-iżgħar nazzjon li pparteċipa f’avveniment daqshekk prestiġjuż, l-MKBA (Malta Kickboxing Association) hija kuntenta ħafna bil-kisbet u l-prestazzjoni tal-ġellieda Maltin matul l-avveniment kollu.
Il-president tal-MKBA, is-Sur Chetcuti, flimkien mal-kumitat u Gladiators Promotions jixtieq jirringrazzja lill-awtoritajiet Maltin tal-għajnuna mogħtija lit-tim Malti tal-kickboxing, Muay Thai u K1 sabiex jipparteċipa f’kampjonat daqshekk prestiġjuż li żgur se jservi ta’ vantaġġ għall-kickboxing Malti Muay Thai u K1 sports.


