Sport Sport Ieħor

Rolex Middlesea Race: MOD70 Limosa l-ewwel jott li daħal fl-ibħra Maltin

L-44 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race laqgħet id-dħul tal-ewwel jott MOD70 Limosa, ta’ Alexia Barrier, li daħal Malta fis-1:10pm tat-Tnejn.

Għal Alexia Barrier, il-line honours Multihull huma kisba importanti fit-tenttativ li jduru madwar id-dinja fuq jott misjuq minn nisa biss fl-2025.

Il-ħin imwettaq minn Limosa kien ta’ 50 siegħa, 10 minuti u 42 sekonda li kien ferm ‘il bogħod mir-rekord ta’ 33 siegħa, 29 minuta u 28 sekonda stabbilit minn Argo fl-2021.

Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-korsa kienet bir-riħ fil-Port ta’ Marsamxett, Alexia Barrier kienet ferħana li temmet b’suċċess il-korsa ta’ 606nm mingħajr inċident.

L-ekwipaġġ huwa magħmul minn disa’ persuni minn pajjiżi differenti inkluż il-ko-kaptan Dee Caffari (GBR), Elodie-Jane Mettraux (FRA), Marie Riou (FRA), Sara Hastreiter (USA), Jonny Malbon (FRA), Jeff Mearing (GBR), Tom Dawson (GBR), Robin Christol (FRA).

Fin-Nofsinhar ta’ Favignana fil-Monohulls. il-jott Lucky, ta’ 27 metru ta’ Bryan Ehrhart, u l-eks Rambler 88, li ħa l-line honours għal ħames darbiet kienu kostretti li jirtiraw.