Sport Sport Ieħor

Sparar: Emmanuel Bugeja jirbaħ l-aħħar avveniment Trap Selection Shoot tal-istaġun

Emmanuel Bugeja rebaħ is-seba’ u l-aħħar Trap Selection Shoot tal-istaġun meta fil-fażi finali laqat 45 minn 50 plattina.

Brian Galea u Gianluca Chetcuti spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

L-avveniment, li sar fil-Malta national Shooting Ranges f’Ta’ Kandja sar fuq jumejn bejn is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 t’Ottubru.

Is-sitt finalisti skond il-punteġġ tagħhom fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni kienu:

BUGEJA Emmanuel 119, CHETCUTI Gianluca 117, COLEIRO Jean Pierre 116 +1 shoot-off, SCIBERRAS Nico 116 +0 shoot-off, VELLA Christopher 115 u GALEA Brian 114 +1 shoot-off b’dan tal-aħħar jelimina lil FARRUGIA Christian ;i spiċċa b’114 +0 shoot-off.

Ir-riżultat fil-fażi finali kien hekk:

1. BUGEJA Emmanuel 45/50
2. GALEA Brian 43/50
3. CHETCUTI Gianluca 33/40
4. SCIBERRAS Nico 28/35
5. VELLA Christopher 21/30
6. COLEIRO Jean Pierre 14/25

Ir-riżultati skond il-klassi fit-tieni ġurnata kienu hekk:

Klassi A:

  1. SCIBERRAS Nico 49/50 (Countback Rule)
  2. BUGEJA Emmanuel 49/50
  3. FARRUGIA Christian 47/50

Klassi B:

  1. COLEIRO Jean Pierre 47/50
  2. MARMARA John 45/50
  3. CASSAR Luke 44/50

Klassi C:

  1. BALDACCHINO Hubert 38/50
  2. GRECH Carmel 34/50 (Countback Rule)
  3. CAMILLERI Daniel 34/50

Din il-kompetizzjoni kienet ukoll l-aħħar Selection Shoot għat-Tazza tad-Dinja ISSF Cairo 2023 li se tkun qed issir f’Jannar tas-sena d-dieħla.

Il-kompetizzjoni Trap li jmiss se tkun qed issir il-Ħadd 29 t’Ottubru 2023 fil-Qormi Clay Shooting Club.