Lokali

Titressaq il-Qorti persuna fuq akkużi relatati mal- vandaliżmu fuq Bieb il-Bombi

Illum, għall-ħabta tal-12:15, il-Pulizija ser tressaq il-Qorti raġel b’akkużi relatati ma’ ħsarat volontarji fuq Bieb il-Bombi li twettqu t-Tlieta 17 ta’ Ottubru.

Se jitressqu wkoll persuni oħra b’rabta ma’ importazzjoni ta’ droga cannabis u persuna oħra talli naqset li tobdi ordnijiet tal-Pulizija fost oħrajn.

Il-Qorti ser tkun presedutta mill-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco.

Iktar dettalji dwar l-att ta’ vandaliżmu f’din il-ħolqa: Att ta’ vandaliżmu fuq Bieb il-Bombi – NETnews