Ryan Callus PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fl-Aġġornament tal-parlament li f’pajjiż normali wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell dwar l-isptarijiet kien ixolji l-parlament għax din hi sentenza fuq skandlu ta’ €400 miljun; iżda Malta mhux pajjiż normali għaliex ħadd ma jerfa’ r-resposabbiltà politika.
F’pajjiż normali l-Ministru tas-Saħħa kien jirritorna lura fil-pajjiż waqt li l-istituzzjonjiet ikunu ilhom jaħdmu s-snin fuq dan il-każ. Il-fatt li l-pulizja għad mhix tinvestiga dan il-każ kien konfermat meta l-Kap tal-PN Benard Grech u d-deputati Nazzjonalisti Adrian Delia u Karol Aquilina marru għand il-Kummissarju tal-Pulizija li qallhom li għadu mhux jinvestiga dan l-ikbar skandlu ta’ €400 miljun.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Kummissarju tal-Pulizija iddikjara li qed jistenna l-konklużjoni tal-inkjesta maġisterjali meta dan għandu l-poteri invetsigattivi indipendentament mill-konklużjonijiet tal-inkjesta maġiserjali.
F’pajjiż normali l-parlament kollu kien jaqbel li l-€400 miljun jinġabru lura iżda l-Prim Ministru ddikjara li l-pajjiż m’għnadux jiġbor €400 miljun għalkemm ma qalx kemm il-pajjiż għandu jiġbor mingħand Vitals/Steward.
Ryan Callus qal li l-infrastruttura tal-pajjiż m’għandha l-ebda direzzjoni, partikolarment fis-settur mediku, tal-enerġija u tat-toroq. Malta llum tinsab f’pożizzjoni fejn m’hawnx kontroll fuq il-barranin li jidħlu fil-pajjiż, b’pajjiż li għandu popolazzjoni iktar milli jiflaħ.
L-infrastruttura tal-pajjiż qed tfalli fejn il-professjonisti qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar. Fl-outpatiens f’Mater Dei qed ikun hemm sitt pazjentibarranin minn kull għaxra, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li din mhix kritika kontra l-barranin iżda realtà fattwali.
Fl-aħħar snin ma sar l-ebda investiment fl-isptarijiet Maltin, sostan Ryan Callus, li kompla li s-settur mediku mhux ilaħħaq mad-domanda.
Dwar it-toroq arterjali, Ryan Callus qal li hemm anki problemi fil-mod kif qed isiru t-toroq u anki fis-sistemi tad-drenaġġ. L-investiment mhux isir għall-futur. Hu tkellem dwar is-servizz tal-massa u sostna li l-gvern ta l-impressjoni li l-metro kienet lesta meta kien għamel biss esebizzjoni.
Ryan Callus tkellem dwar l-enerġija nadifa u qal li l-pjan nazzjonali tal-enerġija hu biss kliem fieragħ anki għaliex l-aħħar snin kien hemm Ministru għall-Enerġija li ħadu deċiżjonijiet li se jibqgħu jimpattaw negattivament lill-poplu.
Il-gvern għejja u dan kien evidenti fil-mod kif il-gvern aġixxa dwar l-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Minkejja dak li qed jingħad issa, id-deputati Laburisti kollha huma responsabbli.