Sport Sport Ieħor

Hockey: L-HAM b’tournament bi preparazzjoni għall-istaġun il-ġdid

Ingħata bidu għall-istaġun 2023/24 tal-hockey lokali fejn il-Hockey Association Malta organizzat tournament kwadrangolari bejn it-timijiet li se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tagħha.

Din hi t-tieni sena li qed isir dan it-tournament li jagħti ċans lill-coaches rispettivi li jadattaw l-iskwadra l-ġdida tagħhom aħjar. Iċ-champions Qormi Daikin kisbu l-akbar ammont ta’ punti wara li rebħu lil White Hart 1-0 u temmew fi draw ta’ 0-0 kontra Floriana u Żurrieq Hotsticks.

Min-naħa tagħhom, Żurrieq Hotsticks ġew tliet darbiet draw ta’ mingħajr gowls b’White Hart li spiċċaw bl-istess numru ta’ punti wara li rebħu lil Floriana 2-1 u ġew draw ta’ 0-0 kontra Żurrieq Hotsticks. Floriana ħadu punt wara draw ta’ 0-0 kontra White Hart.

Sadanittant, il-Ħadd li ġej se jkun qed jintrebaħ l-ewwel unur tal-istaġun fejn iċ-champions Qormi Daikin jilgħabu kontra r-rebbieħa tal-kompetizzjoni Knock Out Floriana Young Stars fil-Padiljun tal-Hockey f’Kordin.