Lokali

Il-paga minima se tkun qed tiżdiet kull sena għall-erba’ snin li ġejjin

Il-paga minima nazzjonali se tkun qed tiżdied għal 4 snin.

Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela għalkemm ma qalx b’kemm din se tkun qed tiżdied.

Hu mifhum li l-paga minima se tkun qed tiżdied €2 fl-ewwel sena, €3 fit-tieni, €3 oħra fit-tielet u €4 fl-aħħar sena.

Matul il-preżentazzjoni tal-pre-budget, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana kien għamilha ċara li l-Gvern ma kienx se jkun qiegħed jgħin lil min iħaddem f’din iż-żieda tal-paga minima nazzjonali – bl-istess mod li ma jgħinx fl-għajnuna tal-COLA li sforz l-għoli tal-ħajja li dejjem qed iżid….għal din id-darba se tkun ta’ €12.81.

Esperti saħqu li dan ifisser li pajjiżna jaf ikun xhieda ta’ aktar żieda fil-prezzijijet.