Lokali

Ir-rakkomondazzjonijiet tal-Budget mill-MEIA

L-Assoċjazzjoni tal-Arti ta’ Malta (MEIA) ħadet pożizzjoni proattiva fl-ippjanar tal-proposti tal-Budget tal-Gvern għas-sena li ġejja.

MEIA, meta kienet qed tagħti l-proposti tagħha lil Ministru tal-Finanzi, għamlet emfażi fuq diversi punti biex tiġi żviluppata ekonomija kreattiva aktar sostenibbli.

L-MEIA saħqet li huwa importanti ħafna li jitnaqqsu l-ispejjeż fuq proġetti ta’ tlellix li jħallu impatt pożittiv fuq numru żgħir ta’ nies u minflokk dawn il-flejjes għandhom jiġu rilokati fuq proġetti li jħallu impatt pożittiv fuq is-settur tal-arti kollu u lejn inizjattivi li jippromwovu l-arti lokali u l-żvilupp sostenibbli tagħha.

Barra minn hekk, MEIA inkludiet ukoll proposta sabiex tinħoloq entita li fiha ikollu sehem il-privat. Maria Galea, Viċi President tal-MEIA spjegatilna li b’hekk din l-entita ġdida, “tirrikonoxxi, tippromwovi u tistimola ekonomija kreattiva sostenibli għas-settur kollu tal-arti li fost oħrajn jinkludi; l-arti viżiva, il-films, u anka id-design.

Madanakollu f’kummenti li tat lil-Net News, Maria Galea qaltilna li l-fondi pubbliċi huma fundamentali għall-proġetti tal-arti u l-kultura pero, ħafna drabi ma jkunux biżżejjed, għalhekk qed jiproponu li jkun hemm l-involviment tas-settur privat.

Aktar minn hekk, MEIA mill-ġdid appellaw għal proġetti li ilhom ħafna mwegħda iżda qatt ma ġew mwettqa bħal l-investiment għall-aktar spazzji fejn issiru ir-reherseals.