L-editorjal ta’ The Malta Independent tal-Erbgħa rredikola post fuq Facebook li tefa’ l-Ministru tat-Turiżmu, Clayton Bartolo meta tefa’ jiftaħar li xegħel bozza f’San Pawl il-Baħar, li skontu stess, ilha maqtugħa kemm il-Gvern Laburista ilu fil-Gvern.
Filwaqt li kulħadd kien qed jitkellem dwar id-deċiżjoni tal-Qorti fir-rigward tat-tliet sptarijiet, Clayton Bartolo ħass li kellu jitkellem dwar bozza tat-triq li tinsab f’Tal-Veċċja.
Liem post fuq Facebook ma ġiex irredikolat biss minn dan l-editur, iżda wkoll minn diversi persuni li kkummentaw taħt l-istess post, li ta min wieħed jgħid li Bartolo jikkontesta fuq id-distrett fejn ġiet installata din il-bozza.
Bartolo qal kif gvernijiet preċedenti injoraw it-talba għal bozza ġdida, bħallikieku nesa li l-Gvern Laburista ilu fil-poter għal dawn l-aħħar 10 snin. Kien hawnhekk fejn in-nies fakkruh li l-Gvern tiegħu stess ilu hemm għal 10 snin u 7 xhur u b’hekk kien hu stess li injora l-karba tas-sajjieda biex issir bozza fiz-zona.
B’kumment ieħor taħt l-istess post jgħid: “Weħħel bozza l-Ministru. X’ċuċ hu Nelson Mandela – ma tridx premju Nobel hux?”
L-Editorjal tal-Indipendent jgħid li l-Ministru aħjar minflok jinħela fuq ċuċati żgħir bħal dawn, jgħid lill-poplu Malti u Għawdxi kemm il-Kummissjoni Maltija tal-Films nefqgħet flus u fhix nefqithom… flus li wara kollox ġejjin mit-taxxi tal-Maltin.
Bl-Editorjal itemm jgħid li l-Gvern Laburista għandu minnufih jindirizza kwistjonijiet iktar serji.
//= $special ?>