Lokali

Muscat jibqa’ jgħid li d-deal tal-isptarijiet kellu “jittrasfroma” is-sistema tas-saħħa

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat qed jgħid illi kien hemm “interessi moħbija” illi irrovinaw id-deal tal-isptarijiet. Iżda fl-opinjoni pubblika, dan id-deal kien imċappas bil-korruzzjoni sa mill-bidu nett. Tant li anke l-Qorti ikkundannat il-ftehim li sar mill-Gvern Laburista, u qalet li kien hemm kollużjoni – ħadma – sa minn qabel ġie iffirmat il-ftehim.

Permezz tal-media socjali, Joseph Muscat baqa’ jiddefendi dan id-deal frawdolenti tant illi qal li seta’ ġab “trasformazzjoni” fis-sistema tas-saħħa. Filwaqt illi insista li kien hemm dawk li hu sejħilhom “sfidi” illi kienu ta’ ostaklu sabiex il-proġett jiġi imwettaq kif xtaq il-Gvern.