Lokali

Raġel ta’ 63 sena fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vann

Raġel ta’ 63 sena weġġa’ serjament wara li ntlaqat minn van.

Il-każ seħħ fis-07:30 ta’ filgħodu fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex, meta għal xi raġuni raġel ta’ 63 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, intlaqat minn van tal-għamla Citroen Berlingo misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti r-Rabat Għawdex.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-anzjan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.

Ftit wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ helikopter għal aktar assistenza medika.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.