Lokali Qorti

Raġel li jgħix f’kontejner mixli li ħaraq karozza f’Santa Luċija

Raġel bla xogħol li jgħix f’kontejner u identifikat bħala s-suspettat li allegatament ta n-nar lil vettura Toyota Vitz ipparkjata f’Santa Luċija nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati meta tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.

Charlot Camilleri ta’ 41 sena kien mixli wkoll b’serq ta’ ram minn fabbrika bejn Awwissu u Settembru. Huwa ġie ntraċċat wara rapport dwar karozza li ngħatat in-nar fi Triq il-Ġnien, Santa Luċija fis-16 ta’ Ottubru bil-lejl.

It-Toyota spiċċat ‘total loss” u n-nirien għamlu wkoll ħsarat lil żewġ karozzi oħra pparkjati fil-viċin, li kienu vann Peugeot Partner u Toyota Aygo. Filmati tas-CCTV mix-xena ssuspettata tar-reat skopra persuna li dehret titfa’ flixkun tal-plastik taħt waħda mit-tyres tal-karozzi, imbagħad tmur lura u tixgħel lighter.

Imbagħad ħarab minn fuq il-post. Għalkemm ir-rotta lejn iż-Żejtun, meħuda mis-suspettat, ġiet traċċata permezz ta’ filmati, il-pulizija ma setgħetx tidentifikah. Still minn dak il-filmat intbagħat lill-pulizija taż-Żejtun.

Irriżulta li l-uffiċjali tad-distrett kienu qed jinvestigaw sensiela ta’ serq tar-ram minn fabbrika fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel. Nhar it-Tlieta, is-suspettat ġie ntraċċat fil-viċinanzi tal-kontejner li kien jgħix fih. Hu kien mixli b’serq aggravat, ħsara volontarja fuq proprjetà ta’ terzi, li volontarjament ta n-nar lill-karozza u li wettaq ħajja ta’ vagabond u ta’ għażż.

Huwa wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat. L-avukat tiegħu, Wilfred Buttigieg, ma għamel l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat Joseph Mifsud, ħeġġet lill-akkużat biex ifittex l-għajnuna u ma jkomplix jaħli ħahtu.

Ken imħeġġeġ ukoll mill-Qorti jagħti informazzjoni lill-pulizija dwar dak li sejjaħ il-Maġistrat “il-persuna kodarda” li qabditu u li x’aktarx wassal biex iwettaq il-ħruq, żiedet il-qorti, li sostniet ukoll biex joqgħod jimmedita u jinforma lill-Pulizija dwar dak li allegatament qabdu. L-Ispetturi Antonello Magro, Mario Xiberras, Doriette Cuschieri u l-avukat tal-AĠ Joseph Camilleri Azarov mexxew il-prosekuzzjoni.