Eve Borg Bonello, PN
Id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet fl-Aġġornament tal-parlament li Robert Abela qed jibqa’ jgħatti lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Eve Borg Bonello qalet li l-Gvern għandu €1 biljun defecit u iżda xorta ta €400 miljun lil Vitals/Stewrard li ffrodaw lill-poplu Malti. Hi sostniet li l-gvern kien kompliċi f’dan is-serq tal-flus fejn il-gvern ħares biss l-interessi tal-barranin frodisti. Kien il-gvern li ivvittimizza poplu sħiħ u serqu.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li d-deputati Laburisti ma kkundannawx lil Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat li kienu wara dawn l-iskandlu kollha. Il-gvern qed ikompli jgħattilhom u ma jikkudannahomx.
Eve Borg Bonello sostniet li l-gvern ma ħaqqux jittieħed bis-serjetà meta lanqas biss talab apoloġija lill-poplu; il-gvern hu qarnita mafjuża.