Fl-44 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race wasla tal-ewwel jott monohull wara li ntemm id-dwell bejn Leopard 3 ta’ Monaco u Bullitt tal-Italja. Leopard 3 daħal fil-Port ta’ Marsamxett l-ewwel f’lejl kemm xejn imsaħħab fejn rebaħ b’vantaġġ ta’ siegħa u 50 minuta fuq Bullitt li għandu l-konsolazzjoni li rebaħ il-klassi IRC 1 bil-ħin korrett.
Lura fuq il-korsa, il-battalja għadha qed isseħħ fejn anke l-premju ġenerali għad irid ikun deċiż. Fl-IRC 2 hemm, Caro (rebbieħa tar-Rolex Fastnet Race f’Lulju) u Warrior Won (USA) fejn lejn Lampedusa, Warrior Won kiseb vantaġġ żgħir. Caro lil hinn mill-fliegu ta’ Kemmuna kellu lil Warrior warajh.
Fil-klassijiet l-oħra, il-flotta hija mifruxa bejn Lampedusa fin-Nofsinhar u Palermo fit-Tramuntana, b’riħ tal-punent ‘il fuq minn Sqallija, liema kundizzjonijiet għandom jiffavorixxu lill-Daguet 3 (FRA) u Lisa R (ITA) f’IRC 3, u Bewild (ITA) u Freya (IRL) f’IRC 4. Ftit mili biss għall-tramuntana, Elusive 2 (MLT), li qed itellqu mingħajr strumentazzjoni tar-riħ .
Fit-Tramuntana ta’ Pantelleria, Red Ruby (USA) fl-IRC 6 qed ikompli jagħmel progress fin-nofsinhar,u fit-Tramuntana ta’ San Vito lo Capo, kien hemm Spirit of the Winds (MLT) bid-debutt tagħhom f’din it-tellieqa filwaqt li Beppe Bisotto u Atame (ITA) qed jagħmlu progress aktar bil-mod ftit mili lejn il-Lvant.
//= $special ?>