Internazzjonali

Sitwazzjonijiet katastrofiċi f’Gaza

Is-sitwazzjoni f’Gaza tkompli ssir iktar tal-biki, dan hekk kif fl-aħħar ħinijiet korrispondent minn Gaza qal li l-isptarijiet għalqu d-dipartimenti kollha – barra d-dipartiment tal-emerġenza – għax ma fadalx aktar fuel.

Bit-tobba jgħidu li sitwazzjoni kollha f’Gaza hija oribli, hekk kif madwar 15,000 persuna qedgħin fl-isparijiet jistennew kura li ma jistgħux jieħdu.

In-Nazzjonijiet Uniti qed jibqgħu jisħqu dwar l-importanza li l-għajnuna umanitarja li qed tasal f’Gaza tinkludi wkoll il-fuel; dan wara li skond kalkoli tal-istess organizzazjoni, il-fuel ser jispiċċa sa tard illejla.

Intant, cifri maħruġa fl-aħħar sigħat juru li fir-raids fuq Gaza inqatlu aktar minn 700 persuna fl-aħħar 24 siegħa.