Se jkunu jumejn importanti għall-mexxejja Ewropej, hekk kif bejn illum u għada huwa mistenni jintlaħaq qbil dwar il-pożizzjoni tal-UE rigward il-kunflitt f’Gaza; bl-abbozz tal-komunikat uffiċjali jindika li l-Ewropa trid li jkun hemm pawża mill-ġlied sabiex tasal l-għajnuna umanitarja fiz-zona.
Il-Partit Popolari Ewropew (EPP) qed jinsisti li f’dan is-summit jintbgħat messaġġ wieħed u unit; l-Ewropa tinsab magħquda favur il-libertà.
Qabel il-Kunsill Ewropew, l-EPP qed ilaqqa’ summit li għalih hemm preżenti wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Dan is-summit beda dalgħodu għall-ħabta tal-11am.
//= $special ?>