L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal talab lill-awtoritajiet sabiex jintervjenu ħalli tingħata l-għajnuna lill-vittma li ġiet aggredita fl-inċident li seħħ fil-Belt. Dan hekk kif skont l-aħħar informazzjoni li waslet għand Net News, jidher li t-tfajliet li aggredew lil din it-tifla kienu irnexxielhom jaħarbu minn ċentru partikolari li joffri servizz soċjali f’każijiet problematiċi.
Filmat li xxandar fl-aħħar jiem juri tifla mal-art iżżomm ma’ barrier tal-ħadid qrib Hastings. Biex imbgħad, waħda minnhom, tidher tmur għall-vittma, tagħtiha daqqa ta’ sieq u tħebb għaliha waqt li kienet mal-art.
Dan il-fimat li xxandar juri t-tfajla tiġi aggredita minn tliet tfajliet oħra li jidhru tal-istess età, waqt li oħrajn jidhru iħarsu bla ma jintervjenu.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ikkundana dan l-inċident u qal li jidher li dan kien każ ikrah ta’ bullying. L-uffiċċju sostna li jrid isir sforz biex tissaħħaħ l-empatija fit-tfal u ż-żgħażagħ sabiex ma jseħħux inċidenti ta’ dan it-tip – li sfortunatament qed ikunu ripetuti.
//= $special ?>