Sport Sport Ieħor

Futsal: Barcelona b’saħħithom wisq għal Luxol St. Andrews

Iċ-champions tal-futsal lokali Luxol St Andrews bdew fl-ewwel partita mir-round prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League f’Loznica sfaw megħluba 6-0 minn Barcelona.

Kif jindika l-iskor, Barcelona ddominaw din il-partita l-aktar wara li fl-ewwel taqsima fetħu vantaġġ ta’ 5-0.

Fit-tieni taqsima, ir-ritmu tal-logħba naqas xi ftit għalkemm Barcelona xorta sabu ċ-ċans li jiskorjaw gowl ieħor sabiex kisbu l-ewwel tliet punti f’din il-kompetizzjoni. Adolfo poġġa lil Barcelona fil-vantaġġ wara disa’ minuti bi Dyego irdoppja erba’ minuti wara.

It-tim immexxi minn Jesus Velasco kompla jiddetta b’Catela jagħmilhom 3-0 fis-16-il minuta u wara żewġ gowls ta’ Alex qabel il-mistrieħ. Fit-tieni taqsima, Catela skorja t-tielet gowl personali u s-sitt gowl għal Barcelona li issa jilagħbu kontra Anderlecht.

Luxol jilagħbu t-tieni konfront tagħhom kontra KMF Loznica Grad. F’partita oħra mill-istess grupp, il-Belġjani ta’ Anderlecht għelbu lil KMF Loznica Grad bl-iskor ta’ 2-1.