Numru ta’ Għawdxin li tkellmu ma’ Net News irrappurtaw il-wasla ta’ dgħajsa suspettuża li tfaċċat fiz-zona tax-Xwejni f’Marsalforn.
Għalkemm m’hemm ebda informazzjoni dwar wasliet ta’ immigranti, Net News infurmat li fl-aħħar sigħat sar anke rapport lill-Pulizija tar-Rabat.
Dan is-sit irċieva ukoll ritratt ta’ din id-dgħajsa tal-injam, ta’ lewn kaħlani. Fiha jidher li kien hemm xi frak tal-ikel u kontejners bid-diesel.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>