Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Wally 93 Bullitt jirbaħ l-44 edizzjoni tar-Rolex Middlesea Race

Il-jott Taljan Wally 93 Bullitt, immexxi minn Andrea Recordati kien iddikjarat bħala r-rebbieħ tal-44 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race.

Ir-riżultat tħabbar ftit wara d-dħul f’Ta’ Xbiex ta’ Red Ruby li qasmet il-linja finali fit-8:51 u 35 sekonda tal-Ħamis filgħaxija li huwa, 24 sekonda barra mill-ħin meħtieġ biex tidħol fl-ewwel post.

Ir-Royal Malta Yacht Club ikkonferma li l-ebda mill-jottijiet li fadal fir-rotta ma jista jtejjeb il-ħin korrett ta’ Bullitt.

Mal-konferma, Recordati kkummenta li meta daħal biex jikkompeti fir-Rolex Middle Sea Race, l-għan tiegħu kien li jirbaħ il-klassi li kien fiha. Huwa faħħar ukoll l-impenn tal-ekwipaġġ ta’ Bullitt fejn irrefera għalihom bħala tim eccezzjonali.