Il-Fondazzjoni Life Network illum qegħda tniedi s-slogan, “Il-Ħajja, DRITT”, għall-March for Life 2023, li ser isir il-Ħadd, 3 ta’ Diċembru, il-Belt Valletta.
Fi stqarrija, il-Life Network qalet li fl-isfond preżenti, fejn f’Malta l-ħajja hija protetta sa mill-bidu nett, jinħass illum aktar minn qatt qabel il-bżonn li nkunu viġilanti. Qegħdin ngħixu rejalta ta’ disprezz kontinwu fejn tidħol il-ħajja. Tant u tant trabi qed jiġu abortiti taħt il-liġi f’ħafna pajjiżi.
Il-Maltin minn dejjem kienu favur il-ħajja Il-ħajja hija dritt fundamentali tal-bniedem. Ebda dritt ieħor ma jagħmel sens jew jista jidgawda minghajr id-dritt tal-ħajja. Illum, Malta hija l-iktar post sigur għat-tarbija fil-ġuf.
Il-Fondazzjoni saħqet sabiex inkunu aħna li bil-preżenza tagħna li nagħtu garanzija li Malta tibqa tħares il-ħajja sa mill-bidu tagħha.
//= $special ?>