Colin Schembri
Depiro………….70
Starlites JSD….74
(17-29)(13-20)(11-15)(29-10)
Starlites JSD ikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta għelbu lil Depiro 74-70 fejn minkejja d-distakk finali ta’ erba’ punti, kien biss fl-aħħar erba’ minuti li Depiro għamlu run qawwija ta 20-0 li f’daqqa waħda rathom jaslu daqshekk viċin tal-avversarji. Immexxija minn Steffi De Martino li spiċċat bi 28 punt u Mikela Riolo li kellha tripple double bi 15 –il punt, 12 –il rebound u 10 assists huma żammew lil Depiro ‘l bogħod biżżejjed biex ħadu wieħed mill-postijiet fil-finali. Il-partita fetħet bi trippla minn Kirsty Galea għal Depiro li għal darbtejn oħra biss irnexxielhom ikunu minn fuq. Sensiela ta’ trippli minn Riolo, Michela Zammit Cordina u De Martino raw lil Starlites imorru 10 punti minn fuq 24-14. Wara trippla minn Julia Borg għal Depiro, Starlites wieġbu b’aktar punti minn Riolo u Zammit Cordina għal skor ta’ 29-17. Fit-tieni taqsima, c-champions komplew fejn ħallew bi break ieħor ta’ 10-4 b’Riolo u Zammit Cordina jkollhom trippla oħra. Depiro sabu diffikulta biex iwieġbu u għalkemm kellhom il-punti minn Sophie Abela u Jose Ann Johnson, punti minn De Martino għalqu s-sessjoni favur Starlites fuq skor ta’ 49-30.
Wara l-intervall kien hemm basket fuq kull naħa segwit minn 5 punti fosthom trippla minn De Martino. Kienu Abela u Johnson biss li għamlu l-punti għal Depiro
f’din it-taqsima bi Starlites iżidu l-vantaġġ bi trippli minn Riolo u De Martino u temmew is-sessjoni 64-41 minn fuq. L-aħħar sessjoni fetħet biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin biex Starlites baqgħu fuq quddiem 74-50 hekk kif kellhom żewġ baskets mill-player żagħżugħa Catherine Vella. Kien għad fadal ftit aktar minn erba’ minuti u hawn Depiro bdew run ta’ 20-0 fosthom b’żewġ trippli minn Nicole Agius flimkien ma’ Abela u Johnson u bdew l-aħħar minuta seba’ punti minn taħt. Starlites però għalqu tajjeb u kien għad fadal ħin għal trippla oħra minn Galea għal Depiro biex Starlites ħarġu rebbieħa 74-70.
Depiro: S. Abela 16, Ni. Agius 6, J. Xerri, J. Mallia, No. Agius, C. Ciantar, J. Borg 10, J. Johnson 30, M. Micallef, N. Borg, K. Galea 8, L. Camilleri.
Starlites JSD: M. Zammit Cordina 12, M. Riolo 9, M. Sciberras, M. Fenech 2, M. Bonett 4, S. De Martino 28, P. Cannon 9, P. Riolo, C. Vella 4, C. Cilia, S. Davies, C. Curmi.
Referees: Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic
Hibernians………………33
Caffè Moak Luxol…….68
(1-23)(8-9)(7-22)(17-14)
Caffè Moak Luxol kisbu t-tieni rebħa fis-shield u issa nistennew il-konfront deċisiv kontra Depiro tal-Ħadd li ġej biex jiġi determinat it-tieni finalist ta’ din il-kompetizzjoni. Kienet wirja diżappuntanti minn Hiberians li sas-seba’ minuta tat-tieni taqsima kienu għamlu biss 4 punti. B’hekk din kienet okkażjoni oħra biex Santino Coppa jagħti ħafna ħin lil players żagħżagħ ta’ taħt is-sittax u d-dsatax -il sena. L-ewwel sessjoni kienet iddominata minn Luxol li ħallew lil Hibs fuq punt wieħed biss minn free-throw ta’ Kirsty Caruana. Mit-tielet minuta ‘l quddiem kienu biss Luxol li għamlu l-punti fosthomm minn Tayler Bennett, Josephine Diaby, Sarah Sciberras u Sarah Fenech Pace u temmew is-sessjoni 23-1 minn fuq. Fit-tieni sessjoni saru biss 17 -il punt fejn wara li Luxol għamlu break ta’ 8-2, Hibs għamlu l-aħħar 5 punti tas-sessjoni għal skor ta’ 32-9.
Wara l-intervall, kien hemm trippla minn Iona Agius għal Hibs iżda hawn Luxol reġgħu għamlu 18 -il punt mingħajr risposta ħafna minnhom minn Diaby flimkien ma’ Lisa Fenech Pace u temmew il-perjodu 54-16 minn fuq. L-aħħar taqsima kienet l-aktar waħda bilanċjata fejn Hibs irnexxielhom jagħmlu aktar punti milli għamlu tul il-partita kollha sa’ dak il-ħin. Fost l-oħrajn, huma kellhom it-trippli minn Eliza Farrugia u Lindsey Whilby fil-waqt li għal Luxol kienu Vanya Baldacchino, Michela Marmara u Sciberras li għamlu l-punti biex ħarġu rebbieħa 68-33.
Hibernians: M. Buhagiar, E. Farrugia 4, F.Fabok 7, I. Agius 7, L. Whilby 9, B. Agius 1, K. Calleja, N. Farrugia, K. Conti, K. Caruana 5, A. Mallia, J. Dabic.
Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace 6, T. Bennett 5, H. Galea, M. Camilleri, S. Fenech Pace 10, J. Diaby 17, J. Said, V. Baldacchino 8, S. Sciberras 12, S. Farrugia, M. Marmara 6, A. Fenech Pace 4.
Referees: Bernard Vassallo, Julie Londono
//= $special ?>