Lokali

Kollox lest għall-Protesta Nazzjonali nhar il-Ħadd li ġej quddiem Kastilja

“Irridu nibqgħu nagħmlu pressjoni sabiex il-Gvern ta’ Robert Abela jagħmel minn kollox biex iġib lura l-€400 miljun li nsteraq il-poplu bid-deal frawdolenti tal-isptarijiet.”

Dan sostnieh is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino f’kummenti ma’ Net News hekk kif nhar il-Ħadd li ġej se ssir il-protesta nazzjonali quddiem Kastilja – protesta li tibda fl-4 ta’ waranofsinhar.

Michael Piccinino saħaq li l-poplu għandu jkompli jinsisti sabiex jieħu flusu lura; il-miljuni li tajjar il-Gvern ta’ Robert Abela f’dan id-deal li ġie kundannat mill-Qorti.

Huwa fakkar li fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li kien hemm kollużjoni bejn il-Gvern u Steward – u l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem sakemm il-poplu Malti u Għawdxi jieħu flusu lura.