Il-midfielder ta’ Newcastle United Sandro Tonali se jkun sospiż 10 xhur mill-futbol wara li ammetta li kien involut f’imħatri fuq logħbiet fl-Italja, saħansitra anke dawk ta’ AC Milan waqt li kien parti mill-iskwadra tar-Rossoneri.
Dan kien ikkonfermat mill-president tal-Federazzjoni taljana (FIGC) Gabriele Gravina il-Ħamis wara nofsinhar.
Il-midfielder ta’ 23 sena, li kien akkwistat minn Newcastle għas-somma ta’ £55m, se jitlef il-kumplament tal-istaġun inkluż l-EURO 2024 f’każ li t-Taljani jikkwalifikaw.
Tonali se jkun qed jitħalla jitħarreġ ma’ Newcastle u jilgħab anke partiti ta’ ħbiberija.
Huwa se jkun ukoll qed jattendi sessjonijiet ta’ rijabilitazzjoni għal nies bi problemi ta’ logħob għal tmien xhur bħala parti mill-ftehim mal-awtoritajiet Taljani.
Skond ir-regoli tal-FIFA, Tonali kien qed jissogra sospensjoni ta’ tliet snin li kieku ma kkoperax u m’ammettiex.
Gabriele Gravina qal li oriġinarjament Tonali ġie sospiż 18-il xahar u li tnaqqsulu għal 10 bi ftehim li għamel li jinkludi li jattendi l-imsemmija sessjonijiet kif ukoll jagħmel diskorsi dwar l-esperjenza tiegħu.
//= $special ?>