Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Organizzata s-serata annwali ta’ premjijiet

L-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis organizzat is-serata ta’ premjazzjoni għall-istaġun 2022/23.

F’din is-serata ġew ippreżentati t-trofej lil dawk it-timijiet u individwi li rebħu l-kampjonati rispettivi fl-istaġun li għadda. Fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, kienu HITT Tibhar li kisbu t-titlu segwiti fit-tieni post minn Top Spin Table Tennis Academy. Alpha Calleja Ltd kienu r-rebbieħa tal-Kampjonat tat-tieni diviżjoni b’Malta International Table Tennis Centre Angela Bajada li jispiċċaw fit-tieni post.

Il-Kampjonat tat-tielet diviżjoni intrebaħ minn PBC Table Tennis Blue Grip segwiti minn Alpha Neoflex.

Finalment ir-rebbieħa tal-Kampjonat tar-raba’ Divizjoni kienu HITT Academy Sports Experience filwaqt li Kindred temmew fit-tieni post.