Lokali

80% tan-negozji jaħsbu li sejrin fid-direzzjoni l-ħażina

Il-livell ta’ korruzzjoni, ż-żieda fil-popolazzjoni u l-kwalita tal-ħajja, huma fil-quċatta tal-lista twila ta’ problemi li suppost għandhu jaħdem fuqhom il-Gvern ta’ Robert Abela. Dan kien konfermat minn survey illi ġie preżentat mill-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji…u li jitfa’ dawl fuq ir-realtajiet ta’ pajjiżna, u l-kwsitjonijiet serji li ġab il-Gvern fuqu stess.

Illum aktar minn qatt qabel, iswed fuq l-abjad qed joħroġ fiċ-ċar kemm il-korruzjoni qed taffetwa lil poplu Malti u Għawdx kollu – inkluż lil tal-ħwienet, in-negozji u l-intrapriżi li jħaddmu ammonti żgħar ta’ nies.

L-istħarriġ li sar miċ-Chamber of SME’s flimkien mal- MISCO, wera kif fi żmien ta’ ftit xhur numru kbir ta’ negozji qalu li l-iktar affarijiet li għandu jaħdem fuqhom il-Gvern huma il-korruzzjoni u nuqqas ta’ gavernanza tajba.

Jidher ukoll li fost l-affarijiet li l-iktar għandu bżonn jirranġa il-Gvern hemm is-sitwazzjoni taż-żieda fil-popolazzjoni …kif ukoll il-kwalita tal-ħajja.

Punt ieħor alarmanti li ta’ minn wieħed isemmi huwa li 80% tal-parteċipanti jaħsbu li jaħsbu li d-direzzjoni li fiha miexi l-pajjiż hija ħażina. Għalhekk, dan l-istħarriġ li propju ġie preżentat tlett ijiem qabel il-budget, jagħti opportunita lill-Ministru Clyde Caruana biex ibiddel id-direzzjoni li daħal fiha l-pajjiż.

Dwar dan tkellmet ukoll Abigail Agius Mamo, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs.

Ta’ min wieħed jinnota wkoll li skont dan l-istħarriġ dawk li jaħsbu li s-sena li ġejja se tkun sena tajba għall-investiment naqsu … waqt li żdiedu sew dawk li jaħsbu li mhux se tkun sena tajba biex jinvestu. Dan filwaqt li hemm ħafna inċertezza.

Lawrence Zammit, id-Direttur tal-MISCO, tkellem dwar il-bżonn ta’ ħaddiema b’ċertu abiltajiet; xi ħaġa li minn iħaddem mhux isib.

Apparti minn hekk, Lawrence Zammit spjegalna li n-negozji żgħar u medji qed iħossu li f’pajjiżna m’hawnx level playing feild.