Colin Pace għad-disa’ darba rebaħ il-Kampjonati Nazzjonali, fejn sar it-tielet l-iktar plejer Malti taċ-ċess ta’ suċċess.
L-istaġun taċ-ċess kompetittiv 2023, intemm b’numru ta’ logħob fil-kampjonati nazzjonali.
It-88 edizzjoni tal-kampjonat nazzjonali, din is-sena intlagħab bi tmien parteċipanti li ħadu sehem fuq sistema ta’ double round robin.
Kull kompetitur lagħab kontra xulxin darbtejn, darba bl-abjad, u darba bl-iswed, għal total ta’ 14-il round.
Jake Darmanin temm fit-tieni post, u b’hekk ikkwalifika b’mod awtomatiku għall-finali tas-sena d-dieħla.
Il-kampjonat nazzjonali tan-nisa intlagħab fuq single round robin fuq disa’ logħbiet. Jamie Farrugia Champion tal-2022, flimkien mal-female junior champion Milena Stagno ġew draw kontra xulxin, filwaqt li rebħu lill-bqija tal-avversarji fil-kompetizzjoni. Għalhekk li din is-sena, jaqsmu r-rebħ tal-kampjonat u ġew iddikjarati champions konġunti.
Il-kampjonat għal plejers li għandhom 50 sena jew aktar intrebaħ minn Mario Psaila filwaqt li Claude Licari rebaħ il- Parallel Tournament għal dawk li ma kienux eliġibbli li jikkompetu fil-kampjonati l-oħra.



