Luxol St Andrews sofrew it-tieni telfa minn daqstant partiti fil-UEFA Futsal Champions League meta sfaw megħluba minn Loznica Grad 2018 bl-iskor ta’ 3-1.
It-tim mis-Serbja ħa vantaġġ minn mument pożittiv lejn l-aħħar tal-logħba sabiex ħa l-ewwel tliet punti tal-kompetizzjoni wara li fl-ewwel partita kienu tilfu kontra Anderlecht tal-Belġju.
Kienu Loznica li marru fil-vantaġġ minuta minn tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Dorde Rozic. Fit-tieni taqsima, Luxol fetħu fuq l-offensiva u għamlu l-iskor indaqs fit-28 minuta permezz ta’ Celino Alves.
Loznica bejn l-34 minuta u s-36 minuta għamlu l-iskor 3-1 b’gowls ta’ Marko Radovanovic u Eduardo Machado.
Luxol jilagħbu l-aħħar logħba f’din il-kompetizzjoni kontra Sporting Anderlecht li tilfu kontra l-leaders tal-grupp Barcelona bl-iskor ta’ 2-1.
//= $special ?>