Il-qawwiet ta’ Iżrael, għat-tieni lejl konsekuttiv, ikkonċentraw sensiela ta’ attakki koordinati fuq iċ-ċentri tal-kmand tat-terroristi tal-Ħamas u fejn intlaqtu diversi miri fiċ-ċentru ta’ Gaza.
L-Iżraeljani – li qed iħejju offensiva kbira bit-tama li jeqirdu it-theddida tat-terroriżmu minn Gaza — fissru l-aħħar azzjonijiet militari bħala suċċess u li fihom spikka l-qtil ta’ Shadi Barud, il-Viċi-Kap tal-fergħa sigrieta tal-Ħamas u li kien wieħed mill-kapijiet li pjanaw il-massakri tal-familji waqt l-attakki storiċi tas-7 ta’ Ottubru f’Iżrael.
L-eliminazzjoni ta’ Barud irriflettiet id-determinazzjoni ta’ Iżrael ‘biex ma jħallix Kap wieħed tal-Ħamas ħaj wara r-reati kontra l-bniedem’. Dan fost ir-reazzjoni kollettiva tal-qawwiet Iżraeljani kontra t-terroristi li, fil-jum iswed ta’Ottubru, ħallew ‘il fuq minn 1,400 maqtula – fil-parti kbira nett tfal u ċivili — fost l-attakki inizjali fuq il-komunitajiet Iżraeljani viċin ta’ Gaza.
L-aħħar mewġa ta’ attakki mill-Iżraeljani fuq Gaza damet għal sigħat u kienet tinvolvu l-fighter-jets, ħelikopters u drones li konċentraw l-aktar fuq iz-zona ta’ Shuja’iyya fil-Beelt ta’ Gaza. Fl-attakki ntlaqtu anki s-siti li l-Ħamas kien qed juża biex jispara il-missili lejn Iżrael, bl-Armata Iżraeljana ssostni li fl-azzjoni nqatlu ‘numru mhux determinat iżda sinifikanti ta’ terroristi’.
L-azzjonijiet segwew l-inkursjoni tal-Ħamis bis-suldati u t-tankijiet tal-gwerra li ħalliet straġi fost il-faċilitajiet tat-terroristi fit-Tramuntana ta’ Gaza…Azzjoni fejn, skont ir-rapporti, inqatlu numru kbir ta’ terroristi li konfrontaw lit-truppi huma u javvanzaw għalfuq il-bażijiet tal-Ħamas.
Dawn huma l-akbar żewġ azzjonijiet militari li qatt seħħew kontra l-grupp tal-Ħamas – bit-tensjoni fil-Lvant Nofsani tispara ‘il fuq mindu Iżrael iddikjara gwerra fuq dan il-grupp tat-terroristi. Fil-fatt, Iżrael, bħalissa, qed iżomm mat-360,000 suldat fuq allert mal-fruntiera ta’ Gaza.
Iżrael hu wkoll impenjat bis-sħiħ biex jeħles lil xi 230 ostaġġi li nħtatfu mit-terroristi tal-Ħamas waqt ir-rejds tas-7 ta’Ottubru u meta jaħsbu li dawn l-ostaġġi qed jinżammu moħbija qalb network ikkumplikat ta’ mini. għexieren ta’ metri taħt l-art….Labirint ta’mini rinforzati bil-konkrit u li jaħsbu huma mimlijin bl-isplussivi u ‘booby traps’ ‘lesti’ għall-ewwel suldati Iżraeljani li jirnexxilhom jinfiltraw daqshekk ‘il ġewwa f’Gaza.
//= $special ?>