Lokali

Ilejla l-programm Opinjoni jiddiskuti l-iskandlu tal-Vitals minn Pjazza Kastilja

Il-Ġimgħa filgħaxija Net Television se jkun qiegħed ixandar il-programm Opinjoni minn quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Pjazza Kastilja – diskussjoni dwar l-iskandlu tal-Vitals u l-kriżi tal-isptarijiet.

Flimkien mad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, il-President tal-MAM Martin Balzan, is-Senior Lecturer George Vital Zammit u l-ġurnalist Kurt Sansone se jkun qed tiġi diskussa s-sentenza definittiva tal-Qorti tal-Appell – qalb kriżi kostituzzjonali fejn s’issa għadu ma sar xejn.

Diskussjoni li tkopri l-fatt li l-Gvern Laburista jidher bla ebda rimors, diskussjoni li ssejjaħ għal responsabbiltà ta’ għemilu.

Illejla, Opinjoni, fid-2045hrs – bi preżentazzjoni ta’ Dione Borg.