Lokali

Jasal fi tmiemu l-Kapitlu Provinċjali Ordinarju li fih ħadu sehem il-Partijiet Franġiskani Konventwali

llum, 27 ta’ Ottubru 2023, il-Patrijiet Franġiskani Konventwali f’Malta temmew il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju.

Dan il-Kapitlu kien għall-Patrijiet Franġiskani, mument ta’ grazzja biex jirriflettu fuq ħajjithom u ħidmiethom fis-snin li għaddew filwaqt li jfittxu li jaqraw is-sinjali taż-żminijiet u jagħrfu r-rieda ta’ Alla għalihom.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat Ittieħdu deċiżjonijiet li għandhom jgħinu lill-patrijiet biex jgħixu aħjar il-ħajja fraterna tagħhom, jaqdu b’aktar fedeltà l-missjoni tagħhom f’Malta, f’Londra u fl-Indja u jamministraw b’mod sostenibbli u dejjem aktar trasparenti l-ġid li l-Mulej jogħoġbu jipprovdilhom biex jgħinhom fit-twettiq tal-Ministeru u l-kura tal-aħwa.

Is-sejħa għal stil aktar Sinodali u n-numru iżgħar ta’ vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża u saċerdotali, wasslu lill-Kapitlu biex ifassal proġett ta’ tiġdid tal-preżenza u l-ħidma tal-Patrijiet fit-tliet Parroċċi afdati lill-Provinċja fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.

Fi żmien erba’ snin, b’mod gradwali u b’evalwazzjoni kontinwa, it-tliet Kappillani flimkien mal-patrijiet li jservu fil-Parroċċi sa jkunu jgħixu f’komunità waħda. Il-parroċċi, filwaqt li jżommu l-identità u l-awtonomija ġuridika tagħhom, sa jkunu msejħa jikbru fi spirtu ta’ kollaborazzjoni u komunjoni biex isaħħu l-ħajja u l-ħidma tagħhom bħala Unità Pastorali.

F’din il-missjoni, il-lajċi impenjati fil-Parroċċi sa jkunu strumentali biex, flimkien mal-patrijiet, jwasslu l-bxara t-tajba tal-Evanġelju lill-bnedmin kollha fit-territorju tagħhom.

Sabiex janimaw il-ħajja tal-komunitajiet u jaqdu fl-organizzazzjoni tal-ħajja provinċjali inħatru dawn il-patrijiet fid-diversi uffiċċji:

Gwardjan tar-Rabat Malta P. William Bartolo

Gwardjan tar-Rabat Għawdex P. Etienne Gilson

Gwardjan tal-Belt Valletta Fra George Micallef

Gwardjan u Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar P. Joseph Mamo

Gwardjan ta’ Birkirkara P. Michael Attard

Gwardjan tal-Qawra P. Joseph Xerri

Gwardjan ta’ Kolkata, L-Indja P. Vinay Thekkinen

Kappillan ta’ Burmarrad P. Christian Anthony Borg

Kappillan tal-Qawra P. Andrew Galea

Ekonomu Provinċjali P. Stephen Borg

Eżattur Provinċjali P. Christian Anthony Borg

Segretarju għall-Missjonijiet P. Stephen Borg

Delegat għall-Missjoni fl-Indja ta’ Fuq u rettur tas-Seminarju ta’ Kolkata P. Sebastian Joseph

Animatur Vokazzjonali P. Allister Aquilina

Assistent tal-Milizzja tal-Immakulata P. William Bartolo

Direttur taċ-ĊAK u President tal-Kummissjoni ĊAK u Kultura P. Paul Darmanin

Viċi-Direttur taċ-ĊAK P. Allister Aquilina

President tal-Kummissjoni Formazzjoni P. Colin Sammut

President tal-Kummissjoni Pastorali P. Joseph Xerri

President tal-Kummissjoni Liturġika P. Christian Anthony Borg