Sorsi li qed jiġu kwotati fil-media internazzjonali qed jindikaw li s-sigħat ta’ bil-lejl se jkunu sigħat intensivi f’dak li għandu x’jaqsam l-attakki fuq Gaza. Dan hekk kif l-armata ta’ Iżrael qed tintensifika l-operazzjoni militari tagħha fiz-zona.
Jirriżulta li r-raids, mit-8pm ‘il quddiem intensifikaw b’mod sostanzjali.
Mhux magħruf jekk dan ifissirx il-bidu tal-invażjoni mill-art.
L-aġenziji tal-għajnuna tan-Nazzjonijiet Uniti qed iwasslu aktar stejjer dwar il-ħajja disprata tar-residenti f’Gaza – bl-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tirrapporta aktar minn 7,000 imwiet fost l-attakki tal-Iżraeljani u meta, skont hi, ‘il fuq minn 40 fil-mija minnhom huma tfal.
Min-naħa tiegħu l-ogħla uffiċjal tan-Nazzjonijiet Uniti li qed jipprovdi l-għajnuna lir-refuġjati Palestinjani ta’ Gaza qal li r-residenti f’dan it-territorju qed iħossuhom imwarrbin u abbandunati.
Philippe Lazzarini, bħala l-Kap tal-UNRWA, qal li waslu biss ftit kunsinni tal-għajnuna lin-nies ta’ Gaza — bl-aċċess għat-territorju mill-Eġittu jibqa’ diffiċli u problematiku.
Lazzarini qal ukoll li – kuntrarju għall-akkużi ta’ Iżrael — il-Hamas ma seraqx kwantitajiet ta’ fuel li n-Nazzjonijiet Uniti provdiet lin-nies ta’ Gaza u meta l-Iżraeljani, bħalissa, qed iwaqqfu t-trasport tal-fuel lejn l-artijiet ikkontrollati mill-Hamas.
//= $special ?>