Internazzjonali

LEWISTON: L-iskejjel u postijiet pubbliċi jibqgħu f’lockdown; tinstab nota li qed tgħin lill-Pulizija

Diversi skejjel u postijiet pubbliċi qed jinżammu magħluqin sakemm l-aggressur, Robert Card li qatel 18-il persuna f’Lewiston jinqabad mill-Pulizija.

Is-sitwazzjoni tant ħolqot biża’ fil-belt ta’ Lewiston – fejn jgħixu mat-38,000 resident – li spiċċat f’lockdown, bin-nies jissakkru fi djarhom fi stat ta’ paniku.

Fl-aħħar sigħat, il-pulizija kienu anki qed ifittxu għall-qattiel fi bnadi oħra ta’ Maine, fejn fost l-oħrajn l-uffiċjali tal-Pulizija ċċirkondaw residenza fejn sejħu lill-aggressur biex jagħti ruħu b’idejh lill-Pulizija, iżda ma jidhirx li Card kien fuq ġewwa. Madanakollu, fir-residenza nstabet nota li qed tkun meqjusa importanti ferm għall-investigazzjoni tal-Pulizija.

Il-vittmi li spiċċaw fil-mira tal-aggressur – li kien armat b’azzarin ta’ tip militari – kienu qed jiddevertu f’ristorant u f’ċentru tal-bowling.