Lokali

Nhar il-Ħadd Protesta Nazzjonali quddiem Kastilja

“Il-Ħadd li ġej imsejħin kollha kemm aħna għal-protesta nazzjonali u hija protesta nazzjonali propju għax il-mument huwa wieħed nazzjonali u mħux wieħed nazzjonali ta’ kuljum huwa mument nazzjonali importanti ħafna”

Hekk stqarr il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calasione f’kummenti lil Net News hekk kif nhar il-Ħadd li ġej se ssir protesta nazzjonali quddiem Kastilja – protesta li tibda fl-4 ta’ waranofsinhar.

Alex Perici Calasione fisser kif il-Gvern hu kompliċi fil-ħadma tal-isptarijiet. Dan filwaqt illi fisser l-importanza li nies li jkunu preżenti nhar il-Ħadd sabiex iwasslu il-messaġġ li l-poplu xeba min dawn it-teatrini ta’ kuljum.

Hawn, huwa insista li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem sakemm il-poplu Malti u Għawdxi jieħu flusu lura.

“Id-deal tal-isptarijiet dak id-deal li ġie rapreżentat lilna bħala li kellhu jtina l-aqwa sistema ta’ saħħa fl-ewropa ġie imnisel qabel ma twieled, ġie imwelled wara li tnissel u baqa jitħadem sa l-aħħar ġurnata b’riżultat ta’ pjan maħsub qabel li kien konfofa kolużjoni bejn il-gvern u bejn iż-żewġ kumpaniji”

Il-protesta tal-Ħadd se tkun indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, filwaqt li mistennija jipparteċipaw ukoll numru ta’ kelliema.