Fi stqarrija maħruġa minn 10 organizzazzjonijiet studenteski, dawn ireferew għat-tħabbira riċenti tal-gvern li l-e-scooters tal-kiri se jiġu pprojbiti minn Marzu u qalet li dan il-mezz ta’ trasport sofra minn “nuqqas katastrofiku ta’ ppjanar u regolamentazzjoni”.
L-istudenti qalu li filwaqt li laqgħet l-aħbar li l-gvern beda proċess ta’ konsultazzjoni għall-Istrateġija Nazzjonali taċ-Ċikliżmu, fl-aħħar sentejn Malta tilfet il-kumpanija tar-roti Nextbike u s-servizz tal-car-sharing tal-elettriku GoTo projbizzjoni ta’ mod ieħor ta’ trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent fejn kienet kontroproduttiva fl-isforzi tal-gvern biex inaqqas l-emissjonijiet.
Barra minn hekk, is-servizz żviluppa reputazzjoni negattiva ħafna drabi minħabba sewqan perikoluż, parkeġġ u nuqqas ta’ prekawzjonijiet ta’ sigurtà fejn hawn jidher biċ-ċar kif il-gvern falla il-pjan tiegħu għal tibdil sostenibbli fil-metodu ta’ transportazzjoni.
Għalkemm l-awtoritajiet kienu wiegħdu li jwaqqfu diversi parkeġġi għall-e-scooters, dawn qatt ma saru. L-istudenti saħqu kif i-gvern, għandhom jagħtu prijorità lit-titjib tal-infrastruttura tat-toroq biex jippromwovu trasport aktar sostenibbli u mhux jgħamel il-kuntrarju.
//= $special ?>