Dejan Grech huwa r-rebbieh tar-raba’ Ranking Tournament li kien organizzat mill-Malta Pool Association.
Fil-finali tal-kategorija tal-irgiel Dejan Grech f’konfront li iddomina għal ħinijiet twal ftit tħabat sabiex għeleb l-isfida ta’ Gilmoure Scicluna b’rebħa konvincenti ta’ 8-2.
Wara li Grech rebaħ l-ewwel tlett frames, kien fir-raba’ frame li Scicluna għamel l-iskor 3-1 . Grech rebaħ it-tnejn ta’ wara għal 5-1 fejn minkejja li Scicluna naqqas id-distakk meta rebaħ is-seba’ frame għal 5-2, Grech rebaħ tlett frames konsekuttivi biex għalaq il-partita 8-2.
Permezz ta’ din ir-rebha Dejan Grech issa kiseb post fit-tim nazzjonali Malti li għandu jikkompeti fil-kampjonati tal-Ewropa li għandhom isiru fl-Irlanda fi Frar 2024.
//= $special ?>