Lokali

PROTESTA NHAR IL-ĦADD: “Il-Partit Nazzjonalista hu l-vuċi tal-poplu Malti u Għawdxi”

Hekk saħaq il-viċi kap tal-Partit Nazzjonalista f’kummenti ma’ Net News hekk kif nhar il-Ħadd li ġej se ssir il-protesta nazzjonali quddiem Kastilja – protesta li tibda fl-4 ta’ waranofsinhar.

Alex Perici Calasione saħaq fuq kif il-kisba tal-vitlas wasslet mil-oppożizzjoni u mhux mil-gvern laburista li hu kompliċi. Tkellem dwar l-importanza ta’ nies li jkunu preżenti nhar il-Ħadd li ġejj sabiex iwasslu il-messaġġ ta’ kif il-poplu xebha min dawn it-teatrini ta’ kuljum.

Huwa fakkar li fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li kien hemm kompliċita bejn il-Gvern u Steward – u l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem sakemm il-poplu Malti u Għawdxi jieħu flusu lura.